Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea

Ir-reġistru tat-trasparenza

Fittex fir-reġistru tat-trasparenza, bażi tad-data ta’ gruppi ta’ interess speċjali li l-għan tagħhom hu li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Ir-reġistru tat-trasparenza

Ir-reġistru tat-trasparenza hu bażi tad-data li jelenka l-organizzazzjonijiet li jippruvaw jinfluwenzaw il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet u tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-reġistru joħroġ fid-dieher x’interessi hemm, ta’ min huma u x’baġit hemm allokat għalihom. B’dan il-mod, ir-reġistru jippermetti l-iskrutinju pubbliku, billi jagħti liċ-ċittadini u lil gruppi ta’ interess oħra l-possibbiltà li jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-lobbisti.

Fittex fir-reġistru tat-trasparenza jew irreġistra l-organizzazzjoni tiegħek.

Ir-reġistranti huma marbutin b’Kodiċi ta’ Kondotta komuni.

Laqgħat mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess

Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasparenza, il-Kummissarji, il-membri tal-kabinett tagħhom u l-persunal kollu tal-Kummissjoni li għandu funzjonijiet maniġerjali jippubblikaw l-informazzjoni u l-minuti dwar il-laqgħat li jsiru mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess.

Il-laqgħat dwar il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet jew tal-politiki fl-UE jistgħu jsiru biss jekk ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess ikunu rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza tal-UE.

Biex tiskopri aktar tista’ tikkonsulta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2024: